Aċċola Assisi

Ingredjenti

 

4 qatgħat tal-aċċola

300g tadam sħiħ

200g basal

tewm

żejt taż-żebbuġa

tazza nbid abjad

qoxra ta’ lumija

meraq ta’ lumija

ħabaq

tursin

bżar midħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Qaxxar il-basal ut-tewm u qatta f’biċċiet żgħar.

 

  • Saħħan ftit żejt taż-żebbuġa ġo taġen u qalli l-basal u t-tewm.  Żid il ħabaq.

 

  • Aħsel u qatta t-tadam f’biċċiet żgħar. Żidu mat-taħlita tal-basal flimkien ma’ tazza nbid abjad.  Kompli sajjar għal ftit ħin, filwaqt li tħawwad ta’ spiss.

 

  • Ixgħel il-forn.

 

  • Neħħi din iz-zalza mit-taġen u poġġi nofsha ġo dixx tal-forn.

 

  • Neħħi x-xewk tal-ħut u qiegħed il-ħut fuq din iz-zalza.  Ferra l-bqija taz-zalza fuq il-ħut.  Ħokk qoxra ta’ lumija, żid il-meraq tal-lumi u roxx ftit bżar u melħ.

 

  • Sajjar fil-forn għal madwar 30 minuta.  Servi bit-tursin imqatta fil-wiċċ.