Antipasto Taljan

Il-laħmijiet li qed jintuża f’din ir-riċetta jridu jkunu mqattgħin irqaq ħafna, tant li l-qatgħat ikunu kważi trasparenti.  Dawn tista’ tixtrihom f’pakketti lesti u bb’hekk tkun żgur li se jibqgħu friski sa dakinhar li tkun teħtieġhom.  Jekk se tixtrihom maqtugħin minn sid il-ħanut, għandek tixtrihom lejlet l-ikla.  Tajjeb ukoll li tuvża lil tal-ħanut dwar kemm se jkollok nies, biex la tixtri anqas u lanqas iżjed.  Ftakar li dan mhux il-platt prinċipali tal-ikla u għalhekk m’hemm għalfejn tipprepara kwantità kbira minnu.

Ingredjenti

  • perżut ta’ Parma
  • salami
  • bresaola
  • tadam imqadded
  • tadam frisk
  • żebbuġ
  • bżar aħmar u aħdar milli jaħraq…uża biss jekk tiggosta

Metodu

  • Irranġa numru ta’ qatgħat mil-laħmijiet fuq platt.  Żejjen bit-tadam imqadded kif ukoll frisk, żebbuġ u jekk se tagħmlu bżar aħmar u aħdar milli jaħraq.
  • Lesti platt għal kull mistieden li se jkollok

Shopping Basket