Awrat Al Cartoccio

 

Tista’ tlesti dan id-dixx minn kmieni u tħallih fil-friġġ.  Ikun aħjar, iżda, jekk issajru xi 30 minuta qabel isservih.  Tinsiex li għandek issaħħan il-forn qabel issajru.

 

Meta tixtri l-ħut meħtieġ għal din ir-riċetta, jekk ikun possibbli, għid lil tal-ħut biex jifflettja l-awrat bil-lest u jneħħilu x-xewk kollu.

 

 

 

Ingredjenti

 

awrata mdaqqsa għal kull persuna

80g frak tal-ħobż

60g faqqiegħ

tewm... skont kemm tiggosta

tursin imqatta’ rqiq ħafna

ħabaq jew nagħniegħ imqatta’ rqiq ħafna

qoxra u meraq ta’ lumija

żejt taż-żebbuġa

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Naddaf il-faqqiegħ u qattgħu f’biċċiet żgħar ħafna.  Poġġih ġo skutella u żid il-frak tal-ħobż, it-tursin, il-ħabaq jew nagħniegħ u l-qoxra tal-lumija miegħu.  Roxx ftit bżar u melħ u ħawwad tajjeb l-ingredjenti flimkien.

 

  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 5.

 

  • Qiegħed flett tal-awrat fuq biċċa fojl kbira.  Agħmel ftit mit-taħlita tal-mili fuq il-flett.  Għatti l-mili bi flett ieħor.  Geżwer kull awrata tajjeb iżda ħalli l-parti ta’ fuq tal-fojl miftuħa.

 

  • Ferra’ ftit żejt taż-żebbuġa u meraq tal-lumi fil-wiċċ.

 

  • Sajjar fil-forn għal madwar 25 minuta.

 

  • Servi ma’ xi ħaxix mgħolli jew insalata.

 

 

NOTA:  Uża sargu, paġell jew xi tip ta’ ħut ieħor li jkun simili jekk ma ssibx awrat.