Awrat fil-Forn

Ingredjenti

 

4 awrat

meraq tal-lumi

żejt taż-żebbuġa

bżar aħmar midħun

bżar midħun frisk u melħ

kwart ta’ tazza nbid abjad

 

 

Metodu

 

  • Naddaf tajjeb il-ħut.  Trid tneħħi l-ġwienaħ kollha.
  • Ixgħel il-forn Gas numru  4,  1800C.
  • Qiegħed kull ħuta fuq biċċa foil jew karta tal-forn.  Fil-wiċċ roxx ftit bżar u melħ u ferra ftit żejt, meraq tal-lumi u nbid abjad.
  • Itwi l-karta jew foil qisek qed tagħmel qassata.  Importanti li jkun hemm biċċa miftuħa fuq.
  • Qiegħed il-ħut ġo dixx tal-forn u sajjar fil-forn għal madwar 30 minuta.  Importanti ħafna li l-ħut isir sewwa.