Bucatini bil-Bejken u Zalza tat-Tadam

Il-bucatini għandhom forma ta’ spagetti ħoxna, imma mtaqqbin fin-nofs.

 

 

 

Ingredjenti

 

450g bucatini

basla mdaqqsa

25g butir

3 mgħaref żejt tal-ħaxix

bejken imqatta fi strixxi

300g polpa tat-tadam

bżaru aħmar żgħir imqatta irqiq ħafna

melħ u bżar midħun frisk

taħlita ta’ ġobon maħkuk magħmul minn: Parmiġġjan u Pecorino.  Ġobon għamel kemm tiggosta

 

 

Metodu

 

  • F’taġen dewweb il-butir u ż-żejt u qalli fih il-basla sakemm issir kulur id-deheb ċar.  Żid il-bacon u kompli qalli għal ftit minuti.

 

  • Żid il-polpa, bżar aħmar u melħ.  Sajjar fuq nar moderat għal mdwar 25 minuta.  Trid issajru mingħajr għatu.  Meta tara li jkun sar neħħi minn fuq in-nar u ara jekk ikunx hemm bżonn li żżid il-melħ.

 

  • Imla borma b’ ħafna ilma u meta l-ilma jiftaħ jagħli, żid ftit melħ u waddab l-għaġin.  Meta l-għaġin ikun sar, ma jridx isir ħafna, qattar mill-ilma u qegħdu fi skutella kbira.

 

  • Żid iz-zalza ma’ l-għaġin u ħawwad tajjeb.

 

  • Żid il-bżar, melħ u ġobon maħkuk u kompli ħawwad.  Jekk tkun se tagħmel ħafna ġobon oqgħod attenta mill-melħ.

 

  • Servi mill-ewwwel.