Bucatini fil-Forn

Ingredjenti

 

250g bucatini

400g polpa tat-tadam

2 mgħaref u nofs żebbuġ iswed bil-għadma.  Dan għandu togħma aktar tajba minn dak li tixtri mingħajr għadma.

ftit kappar.  Jekk il-kappar ikun fil-ħall trid tqattru ħafa biex tneħħi l-ħall.

sinna tewm

basla mdaqqsa mqatta rqiq.  Jekk trid tista tagħmel kurrat.

żejt taż-żebbuġa extra-virgin

frak tal-ħobż – breadcrumbs

ħabaq

melħ u bżar

ġobon maħkuk

 

 

Metodu

 

  • Poġġi ftit żejt ġo taġen kbir u qegħdu fuq in-nar.  Meta jisħon żid it-tewm u l-basla.  Qalli malajr filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.  Ma jridux isiru kannella, għax inkella jagħmlu togħma morra.

 

  • Żid il-polpa, il-ħabaq, iż-żebbuġ imqatta, il-kappar u kompli sajjar sakemm iz-zalza ssir.

 

  • Ixgħel il-forn 2000 C, Gass Numru 6.

 

  • Imla borma kbira bl-ilma u poġġiha fuq in-nar.  Meta l-ilma jitfaħ jagħli waddab l-għaġin.  Ma tridx tħallih isir ħafna, imma trid tneħħih mil-misħun meta jkun għadu pjuttost iebes.

 

  • Meta l-għaġin ikun sar neħħi mil-misħun u qattru tajjeb.  Poġġiħ ġo bieqja u miegħu ħawwad nofs iz-zalza, ftit frak tal-ħobż, ġobon maħkuk u bżar.  Ħawwad tajjeb.

 

  • Ħu dixx tal-forn.  Id-dixx ma jridx ikun għoli.  Idlek id-dixx biż-żejt u iksi bil-frak tal-ħobż.

 

  • Qiegħed l-għaġin f’dan id-dixx u fil-wiċċ erġa għamel ftit zalza u ġobon maħkuk u jekk trid ftit bżar.

 

  • Sajjar fil-forn għal madwar 20 minuta.

 

  • Oħroġ mil-forn.  Fil-wiċċ ferra ftit żejt u erġa roxx ftit ġobon.  Qiegħed taħt il-grill għal madwar 8 – 10 minuti.

 

  • Servi sħun.