Chelsea Buns

Ingredjenti għall-Għaġina

600g dqiq plain
75g zokkor
60g butir
37g ħmira
15g ħalib tat-trab
300ml ilma fietel
kuċċarina zokkor
bajda mħabbta

Ingredjenti għall-Mili

240g passolina
30g butir imdewweb
30g zokkor ismar
ħwawar imħalltin (mixed spice)

Ingredjenti għall-Glaze

3 mgħaref icing sugar
mgħarfa ilma

Metodu

  • Għarbel id-dqiq flimkien mal-melħ ġo skutella. Żid il-butir u ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita tiġi qisha frak.
  • Ferra’ nofs l-ilma fietel ġo skutella żgħira. Żid il-ħmira u l-kuċċarina zokkor u ħawwad tajjeb. Għatti l-iskutella bl-istretch and seal u poġġiha f’post sħun biex il-ħmira titla’.
  • Ferra’ n-nofs l-ieħor tal-ilma fietel ġo skutella oħra u żid il-ħalib u l-bajda miegħu.
  • Qiegħed it-taħlita tad-dqiq ġol-iskutella tal-mixer. Teħtieġ il-ganċ tal-għaġina. Żid kemm it-taħlita tal-ħalib u bajd kif ukoll it-taħlita tal-ħmira. Ħaddem tajjeb sakemm ikollok għaġina lixxa u elastika. Jekk m’għandekx mixer tista’ tagħmel l-għaġina b’idejk għalkemm f’dan il-każ tkun trid tħaddimha ħafna iżjed.
  • Qiegħed l-għaġina ġo skutella, għattiha bl-istretch and seal u poġġiha f’post sħun biex titla’.
  • Ixgħel il-forn 1900C, gass numru 5. Idlek pjanċa tal-forn bi ftit żejt jew iksiha b’karta tal-forn umda.
  • Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina. Neħħi l-għaġina mill-iskutella u erġa’ ħaddimha għal ftit minuti. Iftaħ l-għaġina f’forma rettangolari fi ħxuna ta’ 0.5ċm.
  • Idlek l-għaġina bil-butir imdewweb. Ferrex il-passolina fuqu u roxx iz-zokkor ismar u ftit ħwawar. Gerbeb f’forma ta’ Swiss roll. Agħfas tajjeb int u ddawwar.
  • Aqta’ slajsis wesgħin madwar 4ċm u poġġihom wiċċhom ’il fuq fuq il-pjanċa bi spazju mdaqqas bejniethom.
  • Għatti b’sarvetta nadifa u ħalli f’post sħun għal 30 minuta sakemm jirduppjaw fid-daqs.
  • Sajjar fil-forn għal madwar 15-20 minuta.
  • Sadanittant, lesti l-glaze. Qiegħed l-icing sugar u l-ilma ġo skutella żgħira. Ħaddimhom tajjeb b’furketta sakemm it-taħlita tiġi magħquda u bajda.
  • Idlek il-buns b’din it-taħlita malli toħroġhom mill-forn. Neħħihom mill-pjanċa u poġġihom fuq xibka tal-ħadid biex jiksħu.

Shopping Basket