Dip tal-Brunġiel
Ingredjenti
Brunġiela
Tewm
Meraq tal-lumi
Żejt taż-żebbuġa
Tursin imqatta rqiq
Żewġ imgħaref youghurt abjad
Metodu
Aqsam il-brunġiela min nofs, fellel u daħħal fil-forn sakemm issir u tirtab.
Meta tkun lesta ħaffer sewwa b’imgharfa u ħalliha tiksaħ sewwa.
Poġġi ġo blender, flimkien mat-tewm, meraq tal-lumi, żejt, bżar u melħ. Ħaddem sewwa.
Neħħi t-taħlita u qegħda fil-bieqja li tkun se sservi fiha. Żid il-youghurt u roxx it tursin fil wiċċ. Zid ftit tadam imqatt kwadri,zejjen bil kappar
Servi bil-galletti, ħobż mixwi u pitta sħuna.
