Fenek fil-Forn

Ingredjenti

 

4 biċċiet fenek

300g faqqiegħ

200g basal

200g karrotti

100g bejken

tewm... skont kemm tiggosta għalkemm aktar ma tagħmel, aktar jiġi tajjeb

2 tazzi nbid abjad

2 tazzi ilma

żejt taż-żebbuġa

taħlita ta’ ħwawar tal-gosti tiegħek

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.

 

  • Naddaf tajjeb il-biċċiet tal-fenek.  Qaxxar il-karrotti, basal u tewm, aħsilhom u qattagħhom f’biċċiet żgħar.  Naddaf il-faqqiegħ u qattgħu wkoll f’biċċiet żgħar.  Neħħi l-qoxra tal-bejken u qattgħu f’biċċiet ta’ daqs medju.

 

  • Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u fond u qalli malajr il-fenek.  Tista’ tidlek il-biċċiet tal-fenek biż-żejt, tpoġġihom fuq dixx tal-forn u tixwihom sakemm jieħdu kulur ħamrani sabiħ.  Iksi d-dixx tal-forn b’biċċa karta tal-forn umda.

 

  • Neħħi l-fenek mit-taġen u poġġih fil-casserole li tkun se ssajru fiha.

 

  • Qalli l-basal u t-tewm għal xi 2 minuti fl-istess taġen.  Tħallihomx jiskuraw.  Żid il-bejken u kompli sajjar għal 2 minuti oħra.

 

  • Baxxi n-nar u żid il-karrotti, il-faqqiegħ u l-ħwawar.  Roxx ftit bżar u melħ u sajjar għal madwar 3-5 minuti oħra.

 

  • Żid l-inbid u l-ilma u għolli ftit in-nar.  Kompli sajjar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.

 

  • Ferra’ din it-taħlita fuq il-fenek.  Għatti bl-għatu u sajjar fil-forn għal madwar 90 minuta.

 

  • Neħħi l-għatu fl-aħħar 20 minuta.