Figolla Mingħajr Zokkor

Ingredjenti

200g lewż u żellewż

350g dqiq self raising

120g butir artab

100g zokkor tajjeb għad-dijabetiċi

bastun tal kanella

imsiemer tal-qronfol

qoxra maħkuka ta’ nofs larinġa u nofs lumija

3 bajd

essenza tal-vanilja

Metodu

1.  Ixgħel il-forn 2000C, gass numru 6.

2.   Inkalja ftit il-lewż u l-ġellewż.   Trid tagħmel attenzjoni biex ma jsirx ħafna, għax inkella jagħmel togħma morra.  

3.  Ħallih jiksaħ sewwa.   Farrku f’ biċċiet imdaqqsin.

4.   Ġo skutella ħallat il-lewż, ġellewż flimkien mad-dqiq, il-kanella u l-imsiemer tal-qronfol.

5.   Żid il-qxur tal-larinġ u lumi.   Ħawwad tajjeb.

6.   Ġo skutella oħra qiegħed il-butir u z-zokkor.   Ħaddimhom tajjeb u meta t-taħlita tiġi qisha krema żid it-taħlita tad-dqiq.   Ħawwad tajjeb.

7.  Żid il-bajd u għaġen sakemm tifforma għaġina.   Gerbebdin l-għaġina ġo stretch and seal u qiegħed fil-friġġ għal mhux anqas minn sagħtejn.   Ikun aħjar jekk tkun tista’ taħlliha fil-friġġ għal lejl sħih.

Kif tagħmel din il-figolla

1.     Ixgħel il-forn 1900C, gass numru 5.

2.    Iksi pjanċa tal-forn bil-karta tal-forn u fuqha qiegħed forma żgħira tal-figolla. Din il forma ma jridtx ikolla qieh.

3.     Imla nofs din il-forma bl-għaġina.

4.     Idlek bl-ilma u żejjen b’xi lewż.

5.     Sajjar fil-forn għal madwar 45 minuta.