Filo Pastry bil-Ħaxix

Il-Filo Pastry hija l-unika għaġina li ma tistax tagħmilha int. Din bilfors trid tinxtara lesta u ssibha fil-bank tal-friża tas-supermarkets.

Ingredjenti

Filo pastry
Bżar aħdar
Bżaru aħmar
100g kurrad
60g karrotti
40g basal
cherry tomatoes
50g faqqieħ
Ħabaq
Bżar u melħ

Metodu

Aqta 7 biċċiet tal-għaġina ta’ daqs 16cmx16cm il-waħda. Triq tagħmel ħafna attenzjoni int u taqbad din l-għaġina għax malajr tinkiser.

Idlek il-folji bil-butir u poġġi folja waħda kontra l-oħra biex tifforma diversi ponot. L-aħjar biex tidlek hu li ddewweb il-butir u ddellek bil-pinzell. B’hekk tkun żgur li l-għaġina ma tinkisirx.

Qiegħed kull biċċa ta’ l-għaġina ġo forma tal-forn. Jekk ma jkollokx forom tal-metall jew ċaqquf tad-daqs li trid, tista tuża tal-foil.

Sajjar ġo forn moderat għal madwar 20 minuta. Meta jkunu lesti hallihom jiksħu sew qabel ma tneħħihom mill-forma.

Qatta l-ħaxix kollu f’ biċċiet tawwalin.

Ġo taġen kbir saħħan ftit żejt taż-żebbuġa. Meta jkun saħan sew qalli malajr il-ħaxix.

Żid il-ħabaq. Roxx ftit bżar u melħ. Ħawwad tajjeb.

Aħsel it-tadam u żidu sħiħ ma’ din it-taħlita.

Imla l-forom ta’ l-għaġina b’dan il-ħaxix.