Flan tal-Kiwi u Irkotta

Ingredjenti għall-Għaġina Ħelwa

480g dqiq plain

300g marġerina

120g zokkor

bajda

ftit qoxra ta’ lumija maħkuka

 

Ingredjenti għall-Mili

700g irkotta

100g zokkor

3 bajdiet

kiwi

ftit essenza tal-vanilja

 

Metodu

  1.  Għarbel id-dqiq, għal aktar minn darba, ġo skutella.  Int u tgħarbel żomm il-passatur kemm tista ’l fuq biex iddaħħal kemm tista’ arja fid-dqiq.
  2. Żid il-marġerina.  Tista’ tħaddem din l-għaġina b’idejk jew b’mixer; fl-aħħar każ għandek tuża l-ganċ.  Jekk se tuża jdejk, ħaddem sew il-marġerina u d-dqiq bejn subgħajk sakemm it-taħlita ssir qisha ramel safrani. Il-marġerina ma tridx tibqa’ tidher.
  3. Ħallat sew il-bajda flimkien maz-zokkor u l-qoxra tal-lumija maħkuka ġo skutella żgħira.  Żid din it-taħlita ma’ dik tad-dqiq u marġerina u erġa’ ħallat sew.  Għaqqad biex tifforma għaġina.  Importanti ħafna li issa tħaddem biss għal ftit minuti.
  4. Jekk qed tagħmel l-għaġina b’idejk, neħħi l-għaġina kollha li jkollok ma’ subgħajk.  Ifforma l-għaġina fl-għamla ta’ ballun.  Iżżidx dqiq.  Poġġi l-għaġina ġo skutella u għattiha tajjeb b’sarvetta mxarrba.
  5. Jekk użajt il-mixer, naddaf tajjeb il-ganċ.  Ifforma l-għaġina fl-għamla ta’ ballun.  Iżżidx dqiq.  Poġġi l-għaġina ġo skutella u għattiha tajjeb b’sarvetta mxarrba.
  6. Ħalli l-għaġina toqgħod għal madwar siegħa.  Jekk it-temp ikun sħun, jew ikollok il-kċina sħuna, geżwer l-għaġina fl-istretch and seal u poġġiha fil-friġġ.  Tista’ tlesti l-għaġina minn ġurnata qabel u tħalliha fil-friġġ.
  7. Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
  8. Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina u iftaħ l-għaġina b’lembuba.  Importanti li l-għaġina la teħel mal-mejda u lanqas mal-lembuba għalhekk ċaqlaqha kultant int u tiftaħha.  L-għaġina la trid tkun ħoxna żżejjed u lanqas irqiqa ħafna.
  9. Idlek dixx ta’ flan b’dijametru ta’ 23ċm bi ftit marġerina u għaddih ħafif bid-dqiq.  Tista’ tiksih b’karta tal-forn ftit umda biex iżżomm tajjeb mal-qiegħ.  Importanti li d-dixx ikollu l-qiegħ jinqala’.
  10. Gerbeb l-għaġina miftuħa mal-lembuba u iksi d-dixx biha. Irranġa x-xfar.
  11. Qiegħed l-irkotta, iz-zokkor, il-bajd u l-essenza tal-vanilja ġo skutella u ħaddem tajjeb
  12. flimkien.
  13. Poġġi din it-taħlita fuq l-għaġina u sajjar ġol-forn għal madwar 40 minuta.  Ħalli l-flan tiksaħ sew meta tkun lesta.
  14.  Qaxxar il-kiwi, qattagħha fi slajsis u iksi l-wiċċ tal-flan biha.
  15.  Kessaħ sew qabel isservi.