Flett taċ-Ċanga bil-Faqqiegħ

Ingredjenti

 

4 biċċiet flett taċ-ċanga

300g faqqiegħ

26g butir

2 grokkijiet brandy

mgħarfa trab tal-gravy

Worchestershire sauce

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Neħħi x-xaħam kollu li jista’ jkun hemm mal-laħam u qaxxar il-ġilda.  Roxx ftit bżar u melħ fuq iż-żewġ naħat tal-laħam.

 

  • Ferra’ l-brandy ġo dixx fond u żid il-Worchestershire sauce miegħu.  Ħawwad l-ingredjenti tajjeb flimkien.

 

  • Qiegħed il-laħam ġo dan il-marinat għal 10 minuti.  Dawwar il-laħam wara 5 minuti biex jixrob sew il-marinat miż-żewġ naħat.  Erfa’ dan il-marinat.

 

  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.

 

  • Saħħan tajjeb taġen kbir u dewweb nofs il-butir ġo fih. Sajjar il-laħam għal madwar 5 minuti minn kull naħa.  Minflok tista’ tixwi l-laħam fuq gradilja msaħħna tajjeb.

 

  • Qiegħed il-laħam ġo dixx u kompli sajru fil-forn għal 10 minuti oħra.

 

  • Dewweb it-trab tal-gravy f’tazza ilma jagħli.  It-trab irid jinħall kollu għalhekk ħawwad tajjeb.  Inkella poġġih għal ftit ħin fuq nar moderat.

 

  • Aħsel u naddaf tajjeb il-faqqiegħ.  Jekk tista’ sib faqqiegħ li jkun żgħir biex tkun tista’ tħallih sħiħ.  Dan jagħti dehra isbaħ lill-platt.  Jekk ikun kbir, qattgħu f’biċċiet imdaqqsin.

 

  • Dewweb il-bqija tal-butir ġo taġen nadif u qalli l-faqqiegħ.  Ħawwad ta’ spiss.  Żid il-marinat tal-brandy.  Baxxi ftit in-nar u sajjar għal 3 minuti.  Żid il-gravy u kompli sajjar għal madwar 4 minuti sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.

 

  • Oħroġ il-laħam mill-forn u servih b’dan il-gravy  fuqu.

 

Nota:  Il-laħam qatt m’għandu jissajjar iżżejjed.  Barra minn hekk, waqt is-sajran, qatt m’għandek tagħfsu għax joħroġ il-meraq kollu.