Flett tal-Majjal fil-Forn

Ingredjenti

Għal 4 persuni

flett tal majjal
ġunġlien
mustarda
basal imqatta roti
karotti mqatta nofsijiet mit-tul
Worcestershire Sauce
melħ u bżar midħun frisk
ftit bżar aħmar (chilli pepper) Jekk ma tħobbux tista ma tagħmlux

Metodu

1. Naddaf il-flett mix-xaħam. Fuqu roxx ftit bżar u melħ.

2. Ġo bieqja qiegħed ftit mustarda u Worcestershire Sauce u bżar aħmar. Ħawwad tajjeb sakemm it-taħlita tiġi qisha krema.

3. idlek il-flett b’din it taħlita. Iksi l-laħam b’ħafna ġunglien.

4. Ħu dixx tal-forn u iksi l-qiegħ bil-basal u karotti. Qiegħed il-laħam fuq dan il-ħaxix u sajjar f’forn moderat għal madwar 50 minuta.

5. Servi sħun bil-gravy.

Gravy

Ingredjenti

nofs litru ilma
żewġ imgharef gravy mix

Metodu

1. Meta l-laħam ikun sar, neħħih mid-dixx u qegħdu fuq platt.

2. Ħu nofs l-ilma u ġo fih dewweb żewġ imgħaref gravy mix.

3. Saffi l-gravy li jkun hemm fid-dixx għal ġo kazzola, żid miegħu t-taħlita tal-gravy u l-bqija ta’ l-ilma. Qiegħed fuq nar moderat. Trid tħawwad il-ħin kollu biex ma jeħilx mal-qiegħ.

4. Jekk trid tista żżid xi ftit vermouth jew sherry. Saffi tajjeb u servi mal-laħam.