Froġa tal-Qarabagħli

Il-qarabagħli meħtieġ għal din ir-riċetta jrid ikun mit-twil u kemm jista’ jkun irqiq.

 

 

Ingredjenti

 

1kg qarabagħli

400g irkotta

60g ġobon maħkuk

6 bajdiet

½ tazza ħalib

tursin imqatta’ rqiq ħafna

aruka għat-tiżjin

żejt taż-żebbuġa

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Aħsel il-qarabagħli, naddfu u qattgħu fi slajsis.  Għallih f’ħafna ilma għal ftit minuti.  Importanti li ma jitgħaffiġx.  Jekk trid tista’ taqlih jew issajru fuq grilja.

 

  • Saħħan il-forn 1800C, gass numru 4.

 

  • Qiegħed l-irkotta ġo skutella u għaffiġha tajjeb.  Żid il-bajd, it-tursin, il-ħalib u l-ġobon magħha.  Roxx ftit bżar u melħ u ħawwad tajjeb sakemm it-taħlita tiġi qisha krema.

 

  • Idlek forma tonda tat-torti daqsxejn fonda bi ftit żejt.  Jekk il-forma li għandek hi baxxa, uża tnejn u poġġihom waħda fuq l-oħra meta ssajjar fil-forn.

 

  • Iksi l-qiegħ tal-forma bil-qarabagħli.  Qiegħed ftit mit-taħlita fuqu u kompli ibni hekk saff wara l-ieħor sakemm tuża kemm it-taħlita tal-irkotta kif ukoll il-qarabagħli.

 

  • Illixxa l-wiċċ u għatti b’biċċa fojl.  Sajjar fil-forn għal madwar 35-40 minuta.

 

  • Din il-froġa tisserva kemm sħuna kif ukoll kiesħa. Servi fuq platt kbir u żejjen bl-aruka.  Flimkien mal-froġa tista’ sservi insalata tat-tadam u ħass.