Gambli fil-Breadcrumbs (Frak tal-Ħobż)

Ingredjenti

 

gambli

2 bajdiet imdaqqsin

dqiq

frak tal-ħobż

żejt għall-qali

 

 

Metodu

 

  • Jekk se tuża gambli friski, l-ewwel sajjarhom u wara qaxxarhom.  Jekk se tuża tal-friża, l-ewwel ħalli l-friża tinżel kollha qabel issajjarhom u tqaxxarhom.

 

  • Lesti żewġ platti ċatti: wieħed bid-dqiq u l-ieħor bil-frak tal-ħobż.  Ofsoq il-bajd ġo skutella u ħabbathom tajjeb.

 

  • L-ewwel għaddi l-gambli mid-dqiq, wara mill-bajd u fl-aħħar iksihom sew bil-frak tal-ħobż.

 

  • Saħħan ftit żejt nadif ġo kazzola u aqli l-gambli meta dan ikun saħan sew.  Oqgħod ferm attenta li ma tinħaraqx biż-żejt jagħli.

 

  • Servi sħan fuq insalata friska tal-ħass.  Jekk trid servi skutelli żgħar bil-mayonnaise u zalza tartar fil-ġenb.