Gambli Mixwija

 

Ingredjenti

 

3 gambli kbar għal kull persuna

żejt taż-żebbuġa.  Jekk tista uża extra virgin.

lumi

bżar midħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Neħħi l-biċċa t’isfel tal-gambli u ħalli r-ras.  Fuqhom roxx ftit bżar u melħ.

 

  • Saħħan taġen li jkollu l-qiegħ magħmul bħal gradilja.  Trid issaħħnu tajjeb ħafna.

 

  • Meta tkun żgur li saħan tajjeb sajjar il-gambli għal madwar 3 minuti.  Trid issajjar fuq kull naħa.

 

  • Meta jkun saru neħħi mit-taġen u qiegħed fuq platt ċatt kbir.  Fil-wiċċ għamel ftit meraq tal-lumi.

 

  • Servi sħan.  Jekk trid tista sservihom fuq ftit risotto jew inkella fuq insalata.  Roxx ftit żejt u żejjen bil-flieli tal-lumi.