Għaġin bil-Ħaxix

L-insalata tal-għaġin qed issir popolari ħafna. Filwaqt li għandek dejjem tuża għaġin qasir, tista’ tuża kull tip ta’ ħaxix li tiggosta. Qatt tagħmel iżżejjed għax l-għaġin ma jibqax tajjeb u tispiċċa jkollok tarmi kollox. 

 

 

Ingredjenti

 

għaġin...  tista’ tuża għaġin ismar

tadam imqatta’

qarabagħli mqatta’ f’roti u mgħolli għal ftit ħin

karrotti msajrin u mqattgħin f’biċċiet

piżelli mgħollija

ħjar imqatta’

tadam imqadded... jekk tiggosta

żebbuġ iswed imnaddaf mill-għadma u mqatta’

dadi tal-ġobon li tiggosta...  ma jridx ikun iebes

żejt taż-żebbuġa extra virgin

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Għalli l-għaġin, saffih sew malli jsir u poġġih fid-dixx fejn se sservih.

 

  • Żid il-biċċiet tat-tadam, qarabagħli, karrotti, piżelli, ħjar, żebbuġ u ġobon miegħu u  ħawwad tajjeb.

 

  • Żid iż-żejt u roxx ftit bżar u melħ.  Erġa’ ħawwad u servi.