Għaġina għat-torti

Ingredjenti

420g dqiq plain
180g margarine
112g ilma
ftit melħ

Metodu

1. Ġo bieqja għarbel id dqiq.

2. Żid miegħu l-margarine u ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita tiġi qisha ramel. Żifd il-melħ u erġa ħawwad.

3. Żid l-ilma u għagen f’għaġina. Ma tridx iżżid l-ilma f’ daqqa; għax jista jkun li jkollok bżonn anqas. Dan jiddependi sew mid-dqiq kif ukoll mis-sħana li jkun hemm fil-kċina int u tagħmel l-għaġina.

4. Għatti bl-istretch and seal u ħalliha toqgħod għal mhux anqas minn siegħa. Jekk tkun ħafna sħana jew inkella l-kċina tkun sħuna trid tqiegħed l-għaġina fil-fridge.