Gnocchi tas-Smid

Ingredjenti

 

500ml ħalib

100g smid

50g ġobon maħkuk

25g butir

isfar ta’ bajda

ftit nuċimuskata maħkuka

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Ixgħel il-forn 2000C, gass numru 6.

 

  • Ferra’ l-ħalib ġo kazzola u roxx ftit bżar u melħ.  Qiegħed fuq nar moderat sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.

 

  • Baxxi n-nar u żid is-smid ftit, ftit.  Ħawwad il-ħin kollu biex it-taħlita ma tiffurmax boċċi.

 

  • Żid il-bajda u nofs il-butir u kompli ħawwad.

 

  • Żid nofs il-ġobon, roxx ftit nuċimuskata, bżar u melħ u ħawwad tajjeb.

 

  • Idlek pjanċa tal-forn bi ftit żejt jew butir u ifrex din it-taħlita fuqha sakemm tiksaħ.  L-għoli tat-taħlita jrid ikun ta’ madwar ċentimetru u nofs.

 

  • Idlek dixx tal-forn taċ-ċaqquf bil-butir. Aqta’ forom tondi tal-għaġina u poġġihom fid-dixx imrikkbin fuq xulxin.

 

  • Ferrex dadi żgħar tal-butir fuq il-qatgħat tal-għaġina. Roxx il-bqija tal-ġobon u ftit bżar u melħ.

 

  • Aħmi għal madwar 20 minuta.

 

  • Servi sħan. Tista’ sservihom biz-zalza tat-tadam frisk u ġobon maħkuk fil-wiċċ.