Ġwienaħ tat-Tiġieġ Pikkanti

Ingredjenti

20 ġewnaħ tat-tiġieġ… l-ammont ivarja skont in-numru ta’ mistednin
2 mgħaref dqiq
jogurt plain
Tabasco sauce
żejt taż-żebbuġa
paprika trab
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Ixgħel il-forn 2300C, gass numru 8. Iksi dixx tal-forn b’biċċa karta tal-forn.
  • Naddaf tajjeb il-ġwienaħ tat-tiġieġ.
  • Qiegħed l-ingredjenti l-oħrajn kollha ġo skutella u ħawwad tajjeb.
  • Għaddi l-ġwienaħ minn din it-taħlita. Ara li jinksew kollha.
  • Qiegħed il-ġwienaħ fuq id-dixx u aħmi għal madwar 20-25 minuta.
  • Servi sħan ħafna. Ferra’ l-jogurt ġo skutella żgħira u servih magħhom.
Shopping Basket