Imqarrun bil-Ġobon

Ingredjenti

 

450g imqarrun

50g butir

litru zalza béchamel

3 kuċċarini mustarda

150g ġobon Cheddar maħkuk.  Tista’ tuża l-ġobon li tiggosta

kuċċarina ħwawar friski li tiggosta

noċemuskata maħkuka

melħ u bżar midħun frisk

 

 

Metodu

 

  • Għalli l-imqarrun u meta jkun sar neħħih mill-misħun u qattru tajjeb.

 

  • Sakemm l-għaġin ikun qiegħed isir, fuq nar bati, u f’ kazzola kbira saħħan iz-zalza béchamel.  Meta tibda tisħon żid il-mustarda flimkien ma’ kuċċarina ħwawar friski li tiggosta, noċemuskata maħkuka kif ukoll melħ u bżar midħun frisk. Ħawwad tajjeb.

 

  • Neħħi minn fuq in-nar u żid il-ġobon u kompli ħawwad.  Trid tħalli ftit ġobon għal wiċċ.

 

  • Flimkien mat-taħlita taz- zalza béchamel, żid l-imqarrun u ħawwad sew.

 

  • Idlek dixx tal-forn bil-butir u imlih bl-imqarrun.  Fil-wiċċ ferrex il-ġobon maħkuk li jkun baqa kif ukoll fit noċemuskata maħkuka u melħ u bżar midħun frisk.

 

  • Poġġi l-imqarrun taħt il-grill għal ftit minuti sakemm jibda jieħu ftit kulur.

 

  • Dan id-dixx hu tajjeb sew sħun kif ukoll kiesaħ.