Imqarrun fil-Forn

Ingredjenti

 

500g imqarrun

500ml polpa tat-tadam

350g ikkapuljat.  Tista tuża ċanga jew majjal jew taħlita tat-tnejn.

75g fwied tat-tiġieġ

50g kunserva

4 bajdiet

ħalib

200g ġobon maħkuk

bżar midħun frisk u melħ

sinna tewm

 

 

Metodu

 

  • Qaxxar u qatta’ t-tewma. Qalli fi ftit żejt taż-żebbuġa.  Żid l-ikkapuljat u biċċiet żgħar tal-fwied.  Qalli sewwa sakemm dawn isiru sewwa.

 

  • Żid il-kunserva, kompli ħawwad u sajjar fuq nar baxx għal madwar 5 minuti.

 

  • Żid il-polpa u kompli sajjar fuq nar baxx għal 40 minuta.

 

  • Ixgħel il-forn 1800C, Gass Numru 4.

 

  • Għalli, kessaħ u saffi l-għaġin.  Ħallat maz-zalza tal-laħam.

 

  • Żid 3 bajdiet, ftit ħalib, nofs il-ġobon, bżar u melħ.  Ħawwad sewwa.

 

  • Idlek forma bi ftit żejt u qiegħed l-għaġin ġo fiha.  Ħabbat il-bajda li fadallek u ferra’ fil-wiċċ.  Roxx il-bqija tal-ġobon.

 

  • Sajjar fil-forn għal madwar 50 minuta.  Ħalli l-imqarrun joqgħod għal ftit ħin qabel ma sservih.