Insalata bil-Gambli

Il-ħaxix użat f’din ir-riċetta jista’ jitqatta’ b’sikkina jew b’apparat apposta li jagħmel parti mill-food processor tiegħek.

 

Ingredjenti

 

200g gambli

4 mgħaref żejt taż-żebbuġa

2 mgħaref ħall abjad

meraq ta’ larinġa

ġidra

karrotti

bżar aħdar

ħjara

żebbuġ iswed bl-għadma

ġulġlien

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Aħsel u qaxxar il-ġidra, il-karrotti u l-ħjara.  Qattagħhom fi strixxi rqaq u twal, qishom sulfarini twal.

 

  • Naddaf il-bżar aħdar u qattgħu wkoll fi strixxi rqaq u twal.

 

  • Naddaf iż-żebbuġ mill-għadma u qattgħu f’biċċiet.

 

  • Jekk se tuża gambli friski, waddabhom fil-misħun għal FTIT sekondi, tellagħhom u qaxxarhom.  Jekk se tuża tal-friża, imxi eżatt mal-istruzzjonijiet miktubin fuq il-pakkett.

 

  • Ferra’ l-ħall flimkien mal-meraq tal-larinġa ġo skutella żgħira. Roxx ftit bżar u melħ u  ħawwad tajjeb.

 

  • Qiegħed il-ħaxix imqatta’ ġo dixx u ferra’ t-taħlita tal-ħall u larinġ fuqu.  Qiegħed il-gambli flimkien maż-żebbuġ fil-wiċċ.

 

  • Roxx ftit ġulġlien jekk tiggosta.