Lemon Meringue Pie

Ingredjenti

għaġina ħelwa
125ml ilma
100g zokkor
25g cornflour
25g butir
lummija
2 isfar tal-bajd
Għall-ixkuma

4 abjad tal bajd
200g zokkor
ponta ta kuċċarina cream of tartar

Metodu

1. Ipprepara l-għaġina bl-istess mod li hemm fis-sezzjoni: Kif tiftaħ l-għaġina.

2. Sajjar il-flan bl-istess bħal ma hemm fis-sezzjoni: Kif tagħmel baked blind. Importanti ħafna li l-qiegħ ikun jinqala. (ritratt )

3. F’ kazzola qiegħed l-ilma u z-zokkor. Qiegħed fuq in-nar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.

4. Dewweb il-cornflour fi ftit ilma. (ritratt )

5. Għasar il-lummija. Meta l-ilma jibda jagħli żid il-cornflour, filwaqt li tħawwad il-ħin kollu sakemm it-taħlita taqgħad. Neħħi minn fuq in-nar.

6. Zid il-lumi u isfar tal-bajd u ħawwad sewwa. Żid il-butir
7. Imla l-forma ta’ l-għaġina b’ din it-taħlita.
8.
9. F’ bieqja għamel l-abjad tal bajd u ibda ħawwad sakemm jikber sewwa. Żid nofs iz-zokkor u l-cream of tartar u kompli ħawwad. Żid il-kumplament taz zokkor. Kompli ħawwad sakemm ikollok xkuma tajba. (ritratt )

10. Qiegħed din l-ixkuma fuq il-krema tal-lumi. Trid tkun żgur li l-krema tkun kesħet sewwa,għax inkella l-ixkuma tinżel mill-ewwel. Trid tiksi tajjeb il-wiċċ kollu.

10. Daħħal ġo forn jaħraq sakemm l-ixkuma tieħu kulur dehebi sabih.

Importanti: Ħafna jghidulek li minn din it-torta joħroġ xi ilma. Dan huwa normali għaliex l-ixkuma hija albumina jiġifieri abjad tal-bajd. Għalhekk huwa mportanti ħafna li qabel tpoġġu l-ixkuma il-krema tkun kesħet għal kollox.