Log tal-Milied

Log tal-Milied

Ingredjenti

300g bajd

225g zokkor

120g dqiq plain 00

30g trab taċ-ċikkulata skura

15g gliċerina

 

Metodu

  1. Biex tagħmel din il-pandispanja trid tuża jew hand beater tal-elettriku jew inkella l-mixer.  Dan għaliex b’idejk qatt ma hu se jirnexxilek tħabbat tajjeb il-bajd flimkien maz-zokkor.
  1. Qiegħed il-bajd u z-zokkor fl-iskutella tal-mixer u ħaddem għal madwar 10 minuti fuq l-akatar speed għoli.  It-taħlita trid tiġi bajda u maqgħuda qisha krema.
  1. Żid il-gliċerina u erġa ħaddem għal 5 sekondi.  Neħħi t-taħlita mill-iskutella tal-mixer u għamilha f’waħda nadifa.
  1. Ixgħel il-forn 2380C, Gas Numru 8-9.
  1. Iksi pjanċa tal-forn bil-karta tal-forn.
  2. Għarbel id-dqiq flimkien mat-trab taċ-ċikkulata.  Żid terz minnu mat-taħlita filwaqt li tħawwad il-ħin kollu b’imgħarfa tal-injam.
  1. Ftit, ftit kompli żid il-bqija tad-dqiq.  Tinsiex li trid tħawwad il-ħin kollu.  IMPORTANTI:  QATT ma trid titfa d-dqiq kollu f’daqqa.
  1. Ferra t-taħlita fil-pjanċa.  Ftakar li ma tridx tagħilha għolja, għaliex inkella meta tiġi biex iddawwarha din tinkiser.  L-għoli tagħha irid ikun kullimkien l-istess.
  1. Sajjar għal madwar 4-5 minuti MHUX AKTAR għax inkella tinqasam.
  1. Neħħiha mill-forn u wara żewġ minuti neħħiha mill-pjanċa u poġġiha wiċċha l-isfel, mingħajar ma tneħħi l-karta, fuq xi 3 jew 4 srievet kbar tad-drapp.  Trid tagħmel hekk biex il-fwar li joħroġ minnha jibqa magħha u b’hekk tiġi aktar ratba.  Fuq il-karta għamel xi żewġ srievet oħra.
  1. Meta tkun kesħet sew u mhux qabel qaxxar il-karta minn magħha.
  1. Idlika bil-krema u kebbibha.  Ma tridx teżaġera bil-krema għax inkella tispiċċa li tibda ħierġa minn kullimkien.  Ġeżwer ġo karta oljata u poġġiha fil-friġġ għal mhux anqas minn siegħa.
  1. Meta toħroġha mill-friġġ iksiha kollha bil-krema.  Ħu furketta u biha għamel sinjali mat-tul kollu biex tieħu d-dehra ta’ zokk tas-siġar.