Penne bil-Bejken u l-Mozzarella

Ingredjenti

 

450g Penne

zalza bażika tat-tadam

300g bejken imqatta f’biċċiet żgħar

tewm

60g ġobon maħkuk.  Jekk jista jkun uża Grana Padano jew Parmiġġjan.

100g mozzarella

 

 

Metodu

 

  • Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar.

 

  • Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ.  Għalli l-għaġin.

 

  • Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir.  Ħalli l-għaġin fil-passatur biex joqtor tajjeb.

 

  • Ixgħel il-forn 1800C, Gass numru 4.

 

  • Saħħan taġen tajjeb u ġo fih qalli l-bejken.  Meta l-bejken ikun nofs sajran żid it-tewm u kompli sajjar sakemm jibdew jieħdu kulur.  Trid tħawwad il-ħin kollu.

 

  • Neħħi minn fuq in-nar u żid l-għaġin flimkien maz-zalza tat-tadam, il-ġobon maħkuk, bżar u melħ.  Ħawwad tajjeb.

 

  • Qegħdu ġo dixx tajjeb ghal forn.  Fil-wiċċ qiegħed slices tal-mozzarella.

 

  • Sajjar f’forn jaħraq għal madwar 15 il-minuta sakemm iddub il-mozzarella.