Penne bil-Ġobon u l-Mustarda

Ingredjenti

 

450g penne

60g dqiq

60g marġerina

800 ml ħalib

80g ġobon Emmenthal

100g ġobon maħkuk.  Jekk jista jkun uża ġobon Parmiġġjan jew Grana Padano.

żewġ kucċċarini mustarda Ngliża.

 

 

Metodu

 

  • Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar.

 

  • Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ.  Għalli l-għaġin.

 

  • Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir.  Ħalli l-għaġin fil-passatur biex joqtor tajjeb.

 

  • Ġo kazzola poġġi l-margarine u qegħda fuq in-nar.  Meta l-marġerina ddub ftit, ftit ibda żid id-dqiq.  Trid tħawwad il-ħin kollu int u żżid id-dqiq.

 

  • Qiegħed il-ħalib ġo kazzola oħra u qegħda fuq in-nar.  Ħalliha fuq in-nar sakemm il-ħalib jiftaħ jagħli.  Neħħi minn fuq in-nar.

 

  • Ixgħel il-forn 1800C, Gass numru 4.

 

  • Ftit ftit ibda żid il-ħalib mat-taħlita tad-dqiq u marġerina.  Importanti li dejjem iżżid ftit ftit għax inkella t-taħlita tiġi kollha boċċi.

 

  • It-taħlita trid tiġi lixxa u qisha krema.  Meta tara li l-taħlita hija lesta poġġiha ġo skutella kbira.

 

  • Żid il- ġobon Emmenthal, il-bżar, il-melħ u l-mustarda.  Ħawwad tajjeb.  Żid l-għaġin u bil-galbu ħallat kollox flimkien.  Triq tagħmel ħafna attenzjoni biex l-għaġin ma jitfarrakx.  Għalhekk hija mportanti li l-għaġin ma jitgħallix ħafna; għaliex inkella meta tħallat l-għaġin mal-krema u l-ġobon kollox jiġi ħaġa waħda.

 

  • Ħu dixx tajjeb għal forn.  Jekk ikun possibbli uża dixx tal-fuħħar jew tip ta’ ċaqquf li jkun tajjeb għal forn.

 

  • Qiegħed l-għaġin f’dan id-dixx.  Fil-wiċċ roxx il-ġobon maħkuk.

 

  • Saħħan fil-forn għal madwar 20 minuta jew sakemm tara li l-wiċċ jiħmar.

 

  • Trid tiftakar li dan mhux imqarrun fil-forn; għalhekk l-għaġin ma jridx isir ħaġa waħda.

 

  • Servi sħun.