Penne bl-Irkotta u Perżut

Ingredjenti

 

450g penne

400g irkotta

bajda

120g perżut

60g ġobon maħkuk.  Jekk jista jkun uża ġobon Parmiġġjan jew Grana Padano.

ftit noċemuskata maħkuka

bżar u melħ

 

 

Metodu

 

  • Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar.

 

  • Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ.  Għalli l-għaġin.

 

  • Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir.  Qattar tajjeb.

 

  • Meta jkun qatar tajjeb, qiegħed l-għaġin ġo skutella kbira.

 

  • Ixgħel il-forn 1800C, Gass numru 4.

 

  • Ġo skutella oħra għaffeġ l-irkotta.  Magħha żid il-bajda, il-bzar, il-melh u n-noċemuskata maħkuka.  Ħawwad tajjeb.

 

  • Żid din it-taħlita mal-għaġin.  Ħallat sew.

 

  • Aqta l-perżut f’biċċiet żgħar.  Żidu mal-għaġin.  Ħawwad tajjeb.

 

  • Ħu dixx tajjeb għal forn.  Jekk ikun possibbli uża dixx tal-fuħħar jew tip ta’ ċaqquf li jkun tajjeb għal forn.

 

  • Qiegħed l-għaġin f’dan id-dixx.  Fil-wiċċ roxx il-ġobon maħkuk.

 

  • Sajjar fil-forn jaħraq għal madwar 20 minuta jew sakemm tara li l-wiċċ jiħmar.