Profiteroles b’Mili Differenti

Irrepeti l-istruzzjonijiet 1 sa 8 tar-riċetta ‘Profiteroles bil-Krema Ħelwa’.

L-ingredjenti li tista’ tuża biex ikollok mili differenti jikkonsistu minn prodotti li tiggosta. Ftakar li m’għandekx tagħmel profiteroles kbar; jekk dawn ikunu goffi ħafna, xħin tiekolhom, il-mili joħroġ u ċċappas idejk kollha. Il-mili qatt ma jrid ikun likwidu.

Ingredjenti għall-Mili

  • Agħmel taħlita ta’ tonn taż-żejt, tadam imqadded, ftit kunserva, żebbuġ, inċova u ġardiniera. Jekk trid tista’ żżid ftit Tabasco. Qiegħed l-ingredjenti kollha ġo food processor u itħan tajjeb.
  • Agħmel biċċiet żgħar ta’ tiġieġ imsajrin, mayonnaise, bżar, melħ u jekk trid ftit Tabasco. Qiegħed l-ingredjenti kollha ġo food processor u itħan tajjeb.
  • Agħmel ġobnijiet differenti, biċċiet żgħar ta’ faqqiegħ, tursin, bżar, melħ u jekk trid ftit Tabasco. Qiegħed l-ingredjenti kollha ġo food processor u itħan tajjeb.
Shopping Basket