Programm 1 – 7 ta’ Ottubru 2009 – Pâté tal-fwied tat-tiġieġ
INGREDJENTI
500g fwied tat-tiġieġ
200g basal
3 bajdiet iebsin
werqa randa
sagħatar
sherry
bżar u melħ
METODU
1. Saħħan ftit margarine jew żejt. Qalli l-basla, trid tagħmel ħafna attenzjoni biex il-basla tibqa bajda.
2. Żid il-fwied u żewż grokkijiet sherry, bżar u melħ. Kompli qalli. Żid ir randa u s-sagħtar.
3. Meta l-fwied ikun sar ħalli it-taħlita toqgħod għal madwar siegħa.
4. Poġġi kollox ġo food processor u żid il-bajd. Il-bajd nużawhom biex inneħħu xi ftit it-tomgħa morra tal-fwied.
5. Servi l-pâté kiesaħ jew sħun mat-toast jew galletti.