Programm 1 – 7 ta’ Ottubru 2009 – Torta tat Tiġieġ bil-Mushrooms

INGREDJENTI

500g sider tat-tiġieġ

200g basal tal-kurrat imqatta

300g faqqiegħ

3 imgħaref dqiq

600ml stokk tat-tiġieġ

bżar u melħ

Għaġina

bajda

ġunġlien

1. Aqta sider tat-tiġeġa f’biċċiet imdaqqsin mhux kbar.

2. Saħħan ftit margarine u qalli l-kurrat.

3. Il-kurrat halliħ abjad. Żid it tiġieġ u kompli sajjar. Żid il-faqqiegħ,

bżar u melħ u ftit dqiq. Ħawwad sewwa.

4. Ftit, ftit żid l-istokk. It taħlita trid tkun ftit magħquda.

5. Ħalli tiksaħ. Iftaħ l-għaġina ġo forma u imla bit-taħlita tat-tiġieġ. Idlek ix xfarijiet bil-bajd jew bl-ilma u erġa għalaq il-wiċċ bl-għaġina.

6. Idlek bil-bajd, irranga x-xfarijiet u roxx ftit ġunlien fil-wiċċ.

7. Sajjar f’forn moderat għal madwar siegħa u kwart.