Programm 2 – 14 ta’ Ottubru 2009 – Risotto bil-hut

Ingredjenti

150g ross li jkun apposta għar-risotto
100g basal imqatta rqiqa
sinna tewma
300g ħut li tiggosta. L-aħjar hu li l-ħut ikun imsajjar.
litru stokk tal-ħut
żejt taż-żebbuġa
lummija
nagħnieħ
bżar u melħ

Metodu

1 Ġo taġen kbir saħħan ftit żejt u qalli l-basal u t-tewm. Żid in- nagħnieħ u r-ross. Kompli sajjar għal ftit ħin, filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.

2 Ftit, ftit ibda żid l-istokk u filwaqt li tkompli tħawwad sajjar sakemm tara li r-ross ikun kważi sar. Huwa mportanti ħafna li tħawwad għax inkella r-ross jeħel mal-qiegħ tat-taġen u jinħaraq.

3 Żid il-ħut u kompli sajjar sa kemm ikun ir-ross ikun sar.

4 Qabel ma sservi żid ftit qoxra ta’ lummija maħkuka, bżar u melħ.