Programm 2 – 14 ta’ Ottubru 2009 – Salamun al cartoccio

Ingredjenti

salamun
basla żgħira mqatta
żejt taż-żebbuġa
mgħarfa ħall
sinna tewm
żewġ imgħaref inbid abjad
lummija
merqtux jew nagħnieħ

Metodu

1 Ġo bieqja għamel ftit marinat billi tħallat: tewma, ftit żejt taż-żebbuġ, ftit inbid abjad, meraq tal-lumi u ftit merqtux jew nagħnieħ. Ħawwad tajjeb.

2 Qiegħed is-salamun f’dan il-marinat u ħallih joqgħod għal madwar 30 minuta.

3 Ipprepara biċċa foil doppja. Qiegħed il-ħuta fin-nofs tal-foil u kebbeb, bil wiċċ miftuħ.

4 Itfa ftit marinat fuq il-ħuta u sajjar fil-forn għal madwar 45 minuta.