Programm 2 – 14 ta’ Ottubru 2009 – Torta tal Lampuki

Ingredjenti

400 g lampuki
400g spinaċi msajra
200g pastard imsajjar
200g basal imqatta
50g zebbuġ iswed
qoxra ta’ lummija
bżar u melħ
sinna tewm
merqtux
nagħnieħ
għaġina tat-torti – frolla (shortcrust)
bajda
ġunġlien

Metodu

1 Naddaf il-hut. Tista ssajru fil-forn bix-xewk b’kollox, imbagħad meta jiksaħ trid tneħħi x-xewk kollu. Huwa mportanti ħafna li ma jkun hemm xewk xejn.

2 Saħħan ftit żejt u qalli l-basal u tewm, sakemm ikunu se jibdew jieħdu kulur.

3 Għalli l-pastard u l-ispinaċi u wara qatta f’ biċċiet żgħar. Żid fuq il-basal.

4 Itfi n-nar u żid iż-żebbuġ, qoxra ta’ lummija, merqtux u nagħnieħ u nofs il-ħut. Ħawwad tajjeb. Duq it-taħlita u ara jekk ikunx hemm bżonn li żżid ftit melħ u bżar.

5 Aqsam l-għaġina fi tnejn. Iftaħ biċċa mill-għaġina u biha iksi l-qiegħ tad-dixx tal-forn. Imla bit taħlita ta’ ħut u ħaxix u fil-wiċċ poġġi l-bqija tal lampuki.

6 Għatti bin-nofs l-ieħor ta’ l-għaġina, idlek bil-bajda mħabbta u fil-wiċċ roxx ftit ġunġlien. Sajjar f’forn moderat għal madwara siegħa.

7 Din it-torta hija tajba sew sħuna kif ukoll kiesħa.