Programm 5 – Bakewell Tart

Ingredjenti

Pasta frolla ħelwa (Shortcrust pastry)

Għall-mili

120g zokkor
120g margarine
120g bajd
120g intrita
8g dqiq
qoxra ta’ lummija maħkuka
essenza tal-vanilja u tal-lewż
ftit lewż imqatta kbir
ftit ċirasa maqsuma minn nofs
ftit jam tal-frawli jew tal-berquq

Metodu

1. F’bieqja ħaddem tajjeb iz-zokkor u l-margarine sakemm jiġu krema.

2. Ma’ din it-taħlita żid il-bajd, l-intrita, il-qoxra ta’ lummija maħkuka u l-essenzi. Trida tagħmel ħafna attenzjoni għax jekk tagħmel iżżejjed it-taħlita tiġi morra. Min ikun irid jista jżid xi ftit lewz imqatta kbir u ftit ċirasa. Ħawwad tajjeb.

3. Sadanittant iftaħ l-għaġina u biha iksi dixx tat-torti. B’furketta taqqab l-għaġina. Idlek bil-jam u ifrex it taħlita fuq l-għaġina.

4. Irranġa x-xfarijiet.

5. Bil-biċċiet ta’ l-għaġina li jkun baqa, qata strixxi twal. B’dawn l-istrixxi għamel forma ta’ kannizzata fil-wiċċ tat-taħlita. Idlek dawn l-istrixxi jew bi ftit bajd imħabbat jew bi ftit ħalib.

6. Sajjar għal madwar 50 minuta ġo forn moderat.

7. Din hija torta li meta tiksaħ tkun itjeb.