Programm 5 – Għaġina Ħelwa

Ingredjenti

360g dqiq plain
225g margarine
90g zokkor
qoxra ta’ lummija
66g bajd (waħda u nofs)

Nota: Jekk trid tagħmel għaġina taċ-ċikkulata, neħħi 50g dqiq u żid 50g trab taċ-ċikkulata.

Metodu

1. F’bieqja għarbel id-dqiq. Żid il-margarine u ħaddem flimkien id-dqiq u l- margarine; sakemm it-taħlita tiġi qisha ramel.

2. Żid il-qoxra tal-lummija u ħawwad sewwa.

3. F’bieqja oħra ofsoq il-bajd u żid miegħu iz-zokkor. B’whisk ħabbat flimkien il-bajd maz-zokkor.

4. Ftit, ftit ibda żid din it-taħlita mat-taħlita tad-dqiq. Int u żżid trid tibda tgħaġen. Kompli sejra hekk sakemm tkun użajt it-taħlita tal-bajd kollha.

5. Kompli għaġen sakemm tara li l-għaġina tisha lixxa.

6. Naddaf idejk. Dawwar l-għaġina fi cling film u ħalliha toqgħod għal mill-anqas siegħa.

7. Jekk il-kċina tkun sħuna ħafna l-aħjar ħaġa hu li tpoġġi l-għaġina fil-fridge.