Programm 5 – Lemon Meringue Pie
Ingredjenti
Pasta frolla ħelwa (Shortcrust pastry)
Għall-mili
120g zokkor
150g ilma
22g cornflour
30g margarine
2 isfra tal bajd
lummija kbira
Għall-ixkuma
2 abjad tal bajd
40g zokkor
Metodu
1. Għasar il-lummija u ħokk ftit mil-qoxra. Trid tagħmel attenzjoni biex ma tħokkx il-ħliefa għax inkella t-taħlita tiġi morra.
2. F’kazzola għalli l-ilma u zokkor. Baxxi n-nar.
3. F’bieqja żgħra dewweb il-cornflour fi ftit ilma u żidha fuq lit-taħlita ta’ ilma u zokkor. Ħawwad sewwa u itfi n-nar.
4. Ferra din it-taħlita ġo bieqja. Ma’ din it-taħlita żid il-meraq u l-qoxra tal-lummija. Żid il-margarine u l-isfar tal bajd. Ħawwad tajjeb. Ħalli din it-taħlita fil-ġenb.
5. Sadanittant iftaħ l-għaġina u biha iksi dixx tat-torti. B’furketta taqqab l-għaġina. Fil-wiċċ ta’ l-għaġina għamel biċċa karta tal-forn (baking paper). Fuq din il-karta trid tagħmel fażola niexfa. Dan għaliex biex din tagħmel it-toqol fuq l-għaġina u b’hekk l-għaġina ma tintefaħx.
6. Sajjar din l-għaġina baked blind.
7. Meta tkun lesta imla din l-għaġina bit taħlita u ħalliha tiksaħ.
8. F’bieqja poġġi l-abjad tal bajd. Żid iz zokkor u jekk jista jkun uża beater tal-elettriku biex tagħmel xkuma tajba.
9. Ifrex l-ixkuma fuq il-wiċċ tat-torta. Trid twassal l-ixkuma sax-xfar biex it-taħlita tal-lumi tkun mgħottija kollha.
10. Daħħal ftit fil-forn sakemm l-ixkuma ssir ħamra sabiħa.