Quiche bil-Brokkli

Ingredjenti

600g għaġina tat-torti
500g brokkli
120g ġobon tat-toqba
750ml ħalib… importanti ħafna li ma jkunx xkumat
bott krema friska
ftit nuċimuskata friska, maħkuka
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Saħħan il-forn 1800C, gass numru 4.
  • Idlek dixx ta’ flan b’dijametru ta’ 25ċm bi ftit marġerina u għaddih ħafif bid-dqiq. Tista’ tiksih b’karta tal-forn ftit umda biex iżżomm tajjeb mal-qiegħ. Importanti li d-dixx ikollu l-qiegħ jinqala’.
  • Aħsel tajjeb il-brokkli u aqsamhom fi fjuretti żgħar. Għallihom f’ħafna misħun għal 10 minuti. Saffihom tajjeb u ferrixhom fuq platt ċatt biex jiksħu.
  • Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina u iftaħ l-għaġina. Iksi d-dixx tal-flan biha u qiegħed il-brokkli fuq l-għaġina.
  • Ħabbat il-bajd ġo skutella. Żid il-ħalib u l-krema u roxx ftit bżar, melħ u nuċimuskata. Ħawwad tajjeb l-ingredjenti flimkien.
  • Ferra’ din it-taħlita fuq il-brokkli.
  • Ħokk il-ġobon u roxxu fil-wiċċ.
  • Aħmi għal madwar 30-45 minuta fil-forn.
Shopping Basket