Quiche bil-Ħaxix

Ingredjenti

 

600g għaġina tat-torti

660ml ħalib... importanti ħafna li ma jkunx xkumat iżda full cream

½kg taħlita ta’ ħaxix bħal: brokkli, qarabagħli, pastard, fażola twila u xi ħaxix ieħor tal-gosti tiegħek

200g ġobon tat-toqba

4 bajdiettadam tat-tip cherry

ftit nuċimuskata friska maħkuka

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Lesti l-għaġina.  Gerbibha fl-istretch and seal u ħalliha toqgħod fil-friġġ sakemm tiġi biex tużaha.

 

  • Saħħan il-forn 1900C, gass numru 5.

 

  • Idlek dixx ta’ flan b’dijametru ta’ 25ċm bi ftit marġerina jew żejt u għaddih ħafif bid-dqiq.  Tista’ tiksih b’karta tal-forn ftit umda biex iżżomm tajjeb mal-qiegħ.  Importanti li d-dixx ikollu l-qiegħ jinqala’.

 

  • Aħsel tajjeb il-ħaxix u qattgħu kollu f’biċċiet żgħar.  Għallih f’ħafna misħun għal 6 minuti.  Saffih tajjeb u ferrxu fuq platt ċatt biex jiksaħ.

 

  • Ofsoq 3 bajdiet ġo skutella u l-abjad biss tal-oħra.  Żid il-ħalib u roxx ftit bżar, melħ u n-nuċimuskata.  Ħawwad l-ingredjenti tajjeb flimkien.

 

  • Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina u iftaħ l-għaġina.  Iksi d-dixx tal-flan biha u idlek il-qiegħ u l-ġnub bl-isfar tal-bajda li tkun warrabt.

 

  • Ħokk il-ġobon f’biċċiet kbar jew qattgħu fi slajsis irqaq.

 

  • Imla bil-ħaxix u ferrex nofs il-ġobon fuqu.  Għaffeġ ftit il-ħaxix u ferra’ t-taħlita tal-bajd fuqu.

 

  • Ferrex il-bqija tal-ġobon fil-wiċċ. Erġa’ roxx ftit nuċimuskata u żejjen bin-nofsijiet tat-tadam.

 

  • Aħmi għal madwar 30-45 minuta.  Ħalli l-quiche toqgħod ftit fil-forma qabel toħroġha u taqsamha.

 

  • Din il-quiche ttiegħem tajba kemm sħuna kif ukoll kiesħa.