Quiche Lorraine

Ingredjenti
għaġina tat-torti
600ml ħalib
4 bajdiet
bżar u melħ
60g ġobon tat-toqba
60g pancetta jew bacon
Metodu

1. Idlek dixx tal-flan u iftaħ l-għaġina.

2. Ġo taġen qalli ftit il-pancetta. Ferrixha fuq il-qiegħ ta’ l-għaġina.

3. Fuqha poġġi biċċiet żgħar tal-ġobon.

4. Ġo bieqja qiegħed il-ħalib u l-bajd, il-bżar u l-melħ. Ħallat tajjeb flimkien u ferrex din it-taħlita fuq il-ġobon. It-torta trid tintela b’ din it-taħlita. Jekk tiggosta fil-wiċċ tista troxx ftit ġunġlien.

5. Sajjar fil-forn 1800C Gas Numru 4-5 għal madwar 40 minuta.

NOTI

Tista tagħmel tipi ta’ quiches żgħar.

Il- varjazzjonijiet biex timla l-quiche huma kbar u tista tuża l-imaġinazzjoni tiegħek. Dawn huma ftit eżempji:

Asparagus

Tadam bil-mustarda

Il-ħaxix kollu huwa tajjeb

Gobnijiet differenti

Avocado

Tonn taż-żejt