Ribeye bil-Faqqiegħ

Ir-ribeye hi biċċa ċanga li jkollha l-għadma tal-kustilja magħha. Hi waħda mill-aħjar, jekk mhux l-aħjar, qatgħat taċ-ċanga għax il-ftit xaħam li jkollha ġewwa jagħmilha ideali għax- xiwi.

Fl-Awstralja, meta l-laħam jisserva flimkien mal-għadma jissejjaħ ribeye; meta titneħħilu l-għadma jissejjaħ Scotch fillet.

Ingredjenti

4 ribeyes
Ingredjenti għall-Marinat
mgħarfa mustarda
mgħarfa għasel
tazza nbid
klin
bżar mitħun frisk u melħ

Ingredjenti għaz-Zalza

brown sauce, tat-trab
200g faqqiegħ
tewm… skont kemm tiggosta
ftit żejt taż-żebbuġa
grokk brandy

Metodu

  • Qiegħed il-mustarda, l-għasel, il-klin u l-inbid ġo dixx tal-ħġieġ u ħawwad tajjeb.
  • Naddaf il-laħam u roxx ftit bżar u melħ fuq iż-żewġ naħat tiegħu. Qiegħed kull biċċa laħam fil-marinat, għatti d-dixx bl-istrech and seal u poġġih fil-friġġ għal madwar 20 minuta.
  • Qaxxar it-tewm u qattgħu f’biċċiet żgħar. Naddaf il-faqqiegħ u qattgħu wkoll f’biċċiet żgħar.
  • Ipprepara z-zalza billi tħejji ftit gravy eżatt kif għandek miktub fuq il-pakkett.
  • Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u qalli t-tewm u l-faqqiegħ. Baxxi n-nar u żid il-brandy u l-gravy. Ħalli t-taħlita ttektek għal 5 minuti.
  • Saħħan tajjeb taġen non-stick jew grilja. Ixwi l-laħam miż-żewġ naħat. Issajjarx iżżejjed għax inkella l-laħam jinxef u jibbies.
  • Servi mill-ewwel flimkien mal-gravy. Dan tista’ sservih fuq il-laħam jew għalih ġo skutella żgħira.
  • Mal-laħam servi wkoll patata fil-forn u ħaxix li tiggosta mgħolli.
Shopping Basket