Rigatoni bil-Ħaxix fil-Forn

Rigatoni  huma makkarunelli kbar u irrigati.

 

Ingredjenti

 

450g rigatoni

200g qarabagħli

200g bżar aħdar ikkulurit

150g basal

karfusa

tewm

ġobon biex tħokku.  Ma jridx ikun maħkuk u jekk jista jkun uża ġobon Parmiġġjan jew Grana Padano.

żewġ tadamiet imqaxxra

jew

polpa tat-tadam

bżar u melħ

ftit żejt

 

Metodu

 

  • Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar.

 

  • Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ.  Għalli l-għaġin.

 

  • Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir.  Qattar tajjeb.

 

  • Aħsel u qatta l-haxix kollu f’ bicciet imdaqqsin.

 

  • Ħu taġen kbir.  Saħħan ftit żejt.  Qalli l-basal u t-tewm għal ftit ħin.  Trid tagħmel ħafna attenzjoni li ma jinħarqux, għax inkella jagħmlu togħma morra.

 

  • Meta jkunu saru żid il-ħaxix u sajjar għal ftit ħin.  Ma tridx issajjar iżżejjed.  Waqt is-sajran trid tħawwad.

 

  • Ixgħel il-forn 1800C, Gass numru 4.

 

  • Meta l-ħaxix ikun sar żid it-tadam imqatta f’biċċiet żgħar jew inkella ftit polpa tat-tadam.  Ħawwad tajjeb.

 

  • Żid l-għaġin ma’ din it-taħlita.  Erġa ħawwad.  Roxx ftit bżar u melħ u erġa ħawwad.

 

  • Ħu dixx tajjeb għal forn.  Jekk ikun possibbli uża dixx tal-fuħħar jew tip ta’ ċaqquf li jkun tajjeb għal forn.

 

  • Qiegħed l-għaġin f’dan id-dixx.  Fil-wiċċ ħokk il-ġobon.  Trid tħokku f’biċċiet kbar.

 

  • Sajjar fil-forn jaħraq għal madwar 20 minuta jew sakemm tara li l-wiċċ jiħmar.

 

  • Servi sħun.