Rigatoni biż-Żebbuġ Iswed

Ingredjenti

 

450g rigatoni

600g tadam

120g żebbuġ iswed.  L-aħjar żebbuġ hu dak li tixtri bil-għadma u tneħħi l-għadma u taqttgħu int.  Dan għaliex fih aktar togħma minn dak li tixtri mqatta lest.

200g basal

tewm

riegnu

bżar midħun frisk

żejt

 

 

Metodu

 

  • Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar.

 

  • Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ.  Għalli l-għaġin.

 

  • Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir.  Qattar tajjeb.

 

  • Qaxxar u qatta l-basal f’biċċiet żgħar.

 

  • Qiegħed ftit żejt ġo taġen fond u ġo fih qalli l-basal.

 

  • Aħsel u qatta t-tadam f’biċċiet żgħar kwadri.  Żidu fuq il-basal.  Ħawwad tajjeb.

 

  • Żid ukoll iż-żebbuġ iswed, il-bżar u r-riegnu.  Erġa ħawwad.

 

  • Baxxi n-nar u kompli sajjar għal madwar 25 minuta oħra.  Żid l-għaġin u servi sħun.