Risotto bil-Ħaxix u Tiġieġ

Ingredjenti

 

4 kikkri stokk tat-tiġieġ...  tagħmlu billi ddewweb id-dadi tat-tiġieġa fil-misħun

2 kikkri ross arborio... magħmul apposta għar-risotto

200g sider tat-tiġieġa

100g basal

100g bżar ikkulurit

100g faqqiegħ

60g piżelli

tewm... skont kemm tiggosta

żejt taż-żebbuġa

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  1. Qaxxar it-tewm u l-basal u qattagħhom f’biċċiet żgħar.

 

  1. Aħsel u naddaf il-bżar u l-faqqiegħ u qattagħhom ukoll f’biċċiet żgħar.

 

  1. Naddaf is-sider tat-tiġieġa u qattgħu f’biċċiet żgħar.

 

  1. Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u fond u qalli l-basal u t-tewm. Ħawwad il-ħin kollu.  Baxxi n-nar u żid il-bżar u l-faqqiegħ u kompli qalli għal ftit ħin ieħor.  Żid is-sider tat-tiġieġa u kompli sajjar.

 

  1. Żid ir-ross u sajjar, dejjem fuq nar baxx, għal xi 6 minuti.

 

  1. Żid l-istokk sħun ftit, ftit filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.  Żid il-piżelli wara 30 minuta u kompli żid l-istokk sakemm isir ir-ross.  Jista’ jkun li ma tużax l-istokk kollu jew ikollok iżżid xi ftit misħun.  Qatt iżżid ilma kiesaħ għax tħassar ir-ross.

 

Servi mill-ewwel.  Ara jkunx hemm bżonn li żżid xi ftit bżar u melħ qabel isservi.