Salamun Iffumigat

Ingredjenti

salamun iffumigat
kappar
żejt taż-żebbuġa, extra virgin
flieli tal-lumi
chives jew tursin
ħobż ismar
butir

Metodu

  • Is-salamun jinxtara ġo pakketti u jkun maqtugħ lest. Issibu fis-supermarkets fis-sezzjoni ta’ fejn ikun hemm il-prodotti tal-friża.
  • Neħħi s-salamun mill-pakett. Qiegħed is-slices fuq platt ċatt.
  • Fuqu ferrex ftit żejt taż-żebbuġa, kappar, chives jew tursin imqatta rqiq.
  • Żejjen bil-flieli tal-lumi.
  • Servi mal-ħobż ismar midluk bil-butir.
Shopping Basket