Sider tal-Papra biż-Żebbuġ

Ingredjenti

4 sider tal-papra
100g żebbuġ iswed. Ixtri żebbuġ bil-għadma u neħħilu l-għadma. Dan għandu togħma aktar tajba minn dak li tixtri mingħajr għadma.
tazza nbid aħmar
żewġ grokkijiet Sherry
ftit marġerina
bżar midħun frisk u melħ
żewġ imgħaref gravy mix

Metodu

  • Neħħi x-xaħam kollu li jkun hemm mal-papra. Bil-ponta tas-sikkina xaqqaq il-ġilda.
  • Qiegħed is-Sherry u ftit bżar u melħ ġo bieqja mdaqqsa. Ħawwad tajjeb. Poġġi l-papra ġo dan il-likwidu u ħalliha toqgħod għal ftit tal-ħin.
  • Ixgħel il-forn Gas Numru 6, 2200C.
  • Ġo taġen kbir saħħan ftit marġerina. Neħħi l-isdra mill-likwidu u aqlihom fuq kull naħa sakemm dawn isiru kulur dehebi. Żid is-Sherry u l-inbid.
  • Qiegħed kollox ġo dixx u kompli sajjar fil-forn għal madwar 45 minuta.
  • Ipprepara il-gravy skont kif ikun hemm miktub fuq il-bott tal-gravy mix. Ħallih itektek għal ftit ħin. Żid iż-żebbuġ.
  • Meta tara li l-papra tkun saret neħħiha mill-likwidu u poġġihom fuq platt.
  • Jekk tara li jkun baqa ħafna likwidu neħħi nofsu. Miegħu żid il-gravy biż-żebbuġ u kompli sajjar fuq nar moderat sakemm tara li l-gravy beda jinxtorob.
  • Qatta l-papra fi slices ħoxnin u poġġiha ġod-dixx fejn se sserviha. Ferra l-gravy fuqha.

NOTA: Jekk trid flok żebbuġ tista tagħmel flieli tal-larinġ u flok inbid żid meraq tal-lumi.

Shopping Basket