Soppa tat-tadam

shutterstock_7533944291

Ingredjenti

1l stokk tat-tiġieġ
1kg tadam artab
200g karrotti
200g basal
120g bejken bla ġilda
50g kunserva
2 mgħaref dqiq
2 mgħaref marġerina
żejt taż-żebbuġa
weraq tal-ħabaq
bżar mitħun frisk u melħ

 

Metodu

1.Aħsel it-tadam u qattgħu f’biċċiet kbar.
2.Qaxxar il-basal u qattgħu f’biċċiet żgħar. Naddaf tajjeb il-karrotti u qattagħhom
ukoll f’biċċiet żgħar.  Qatta’ l-bejken f’biċċiet żgħar.
3.Saħħan ftit żejt taż-żebbuġa flimkien maż-żewġ mgħaref marġerina ġo kazzola kbira.
4.Qalli l-basal, karrotti u bejken fuq nar moderat.  Sajjar sakemm jieħdu ftit kulur,
filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.
5.Żid il-kunserva u d-dqiq u ħawwad tajjeb.  Sajjar għal xi 2 minuti.  Żid it-tadam u
kompli sajjar għal xi 5 minuti, filwaqt li tkompli tħawwad.
6.Żid l-istokk tat-tiġieġ.  Fil-każ li ma jkollokx stokk, tista’ tagħmlu billi tħoll 2 dadi
tat-tiġieġ f’litru misħun.
7.Baxxi n-nar u kompli sajjar għal madwar 5 minuti.
8.Għaddi s-soppa lesta mil-liquidiser jew għaffiġha bi blender.  Żid bżar mitħun frisk
u melħ skont kemm tiggosta.
9.Servi bil-weraq tal-ħabaq fil-wiċċ.