Spaghetti bil-Linka tal-Klamari

Ingredjenti

 

żewġ klamari ta’ madwar 250g – 300g il-wieħed

450g spagetti

200g basal

2 sinniet tewm

tazza nbid abjad

mgħarfa kunserva tat-tadam

melħ u bżar midħun frisk

weraq tal-ħabaq

żejt taż-żebbuġa

 

 

Metodu

 

  • Naddaf tajjeb il-klamari.  Neħħilhom il-linka u għamilha ġo skutella żgħira.  Jekk tara li ma hemmx biżżejjed linka, tista’ tixtri vażett żgħir bil-linka u żżidha magħha.  Qatta’ l-klamari f’biċċiet żgħar u għamilhom ġo skutella oħra.

 

  • Qaxxar il-basal u t-tewm u qattagħhom f’biċċiet żgħar.  Saħħan ftit zejt u qalli l-basal u t-tewm filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.  Waqt li l-basal u t-tewm qed jinqlew trid toqgħod attenta li ma jiskurawx, għaliex inkella jagħmlu togħma morra.

 

  • Baxxi n-nar u ftit, ftit ibda żid il-klamari filwaqt li tkompli tħawwad.  Żid il-kunserva, inbid, melħ, bżar kif ukoll il-linka.  Żid żewġ tazzi ilma.

 

  • Ħalli t-taħlita ttektek fuq nar bati għal madwar 30 minuta.  Triq toqgħod attenta li din it-taħlita ma tixxuttax.  Jekk tara li jkun hemm bżonn erġa żid ftit ilma.

 

  • Sakemm it-taħlita tkun qegħda ssir trid issajjar l-ispagetti.  Saffi u żomm fis-sħana.

 

  • Permezz ta’ blender idħan it-taħlita.  Żid l-ispagetti u ħawwad tajjeb filwaqt li tagħmel attenzjoni biex ma tkissirx l-għaġin.

 

  • Servi mill-ewwel.