Tiġieġ bil-Curry

Ingredjenti
koxxa tat-tiġieġ mqatta fi 3 biċċiet
½ basla mqatta f’biċċiet żgħar kwadri
sinna tewm mgħaffġa
½ kuċċarina żerriegħa tal-kosbor
½ kuċċarina żerriegħa tal-kemmun
¼ ta’ kuċċarina bżar
kuċċarina curry trab
½ kuċċarina bżar aħmar mqatta f’biċċiet kwadri (chilli pepper)
600 ml stokk tat-tiġieġ
25g kunserva tat-tadam
120g zunnarija mqatta
60g sultana
3 mgħaref ħalib tal-coconut
nofs tuffieħa mqatta
mgħarfa żejt
butir
yoghurt Griek
Metodu
1. Poġġi ftit żejt ġo taġen fond u meta jisħon qalli l-basla u t-tewm għal ftit minuti. Żid il-biċċiet tat-tiġieġ u z-zunnarija. Kompli sajjar għal ftit ħin sakemm il-basla tirtab u t-tiġieġ jieħdu l-kulur. Trid tħawwad il-ħin kollu.
2. Żid il-ħwawar, il-bżar u l-kunserva tat-tadam u kompli sajjar għal ftit ħin ieħor filwaqt li dejjem tħawwad.
3. Żid l-istokk tat-tiġieġ u jekk tara li jkun hemm bżonn żid ftit melħ u bżar.
4. Meta t-taħlita tiftaħ tagħli baxxi n-nar u kompli tektek għal madwar 15-il minuta.
5. Żid il-bqija ta’ l-ingredjenti: il-ħalib tal-coconut u t-tuffieħa. Għolli n-nar sakemm jit-taħlita terġa tiftaħ tagħli. Baxxi n-nar u għatti bl-għatu. Ħalli t-taħlita ttektek għal madwar 15-il minuta jew sakemm tara li r-ross ikun sar.
6. Żid il-butir mar-ross u ħawwad tajjeb.
7. Poġġi r-ross ġo dixx kbir. Fuqu għamel il-curry u fil-wiċċ ferra l-yoghurt Griek.